Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, flimkien mal-operat sħiħ tal-Partit Nazzjonalista taħt investigazzjoni tal-Pulizija, u ċerti gazzetti u portals jaqgħu totalment fil-muta.
Jgħid gidba Jason Azzopardi, jew joħorġu b’xi attakk tal-PN jew Repubblika u mill-ewwel issir l-istorja ewlenija.
Tinkixef l-aġenda anti-Laburista u l-logħba puritana ta’ dawn in-nies, ilkoll f’konfoffa ċara biex tinħeba l-verita’ ipokrita ta’ dawn in-nies.
Ma jitniffsux lanqas Repubblika The Daphne Caruana Galizia Foundation u s-satelliti kollha tagħhom. Lanqas Roberta Metsola, ma tmurx tiċċappas mid-distanza.
Ma naqtax qalbi, iżda nissaħħaħ aktar fil-mixja tiegħi, għaliex ladarba din l-aġenda tkompli tinkixef, ninduna kemm għandi raġun u nirreżisti bis-saħħa kollha tiegħi kontra l-establishment.