Il-proġett ta’ Karol Aquilina li jagħmel lid-Dar Ċentrali l-kwartieri tiegħu u li kull organu tal- Partit Nazzjonalista jkun immexxi esklussivament minn nies leali lejn il-proġett teigħu ta’ sħabu qed ikompli jieħu s-sura.
Il-fatt li Charles Bonello – eks segretarju privat ta’ Lawrence Gonzi f’Kastilja – mhux se jkun ikkontestat għall-kariga ta’ Segretarju Ġenerali, jwitti t-triq għal fażi oħra tal-proġett Aquilina.
Aquilina ħa l-kmand assolut tad-Dar Ċentrali u tal-Grupp Parlamentari totalment taħt idejh.
Ladarba jingħalaq il-proċess biex Bonello jidħol formalment fil-kariga b’vot tal-Kunsill Ġenerali, jgħaddi għat-tieni fażi: Il-bidla fil-Kap.
Bernard Grech jaf li l-jiem tiegħu bħala Kap tal-PN huma magħduda, tant li lanqas fil-Parlament m’għadu kapaċi jikkontrolla jew isikket lil Aquilina.
Fil-PN, Grech spiċċa totalment imċekken u iżolat mill-istess nies li tellgħuh fil-kariga erba snin ilu, u issa se jarmuh b’mod imminenti.
L-uniku salvazzjoni li għandu Grech hu li jkun Malti biżżejjed – Malti – mhux Nazzjonalist, li jagħmel stqarrija pubblika ta’ denunżja kontra Karol Aquilina, u jkun onest mal-poplu Malti U Għawdxi, lspeċjalment mal-partitarji nazzjonalisti fuq il-periklu Karol Aquilina.
Grech għandu jkun ċar mal-partitarji fuq xi pjan għandu Aquilina u sħabu fid-dellijiet. Pjan li hu sovversiv u perikoluż għall-istabilita’ tat-tessut politiku u soċjali ta’ pajjiżna.
Karol Aquilina, mgħejjun minn ‘kapurjuni mistoħbija – u organi satelliti viċin ħafna tagħhom, jridu d-diżubbidjenza ċivili. Jridu jħarbtu ħidmet il-Gvern leġittimu tal-Prim Ministru Robert Abela.
Il-pjan, nirrepeti hu djaboliku. Hu ntiż biex wara aktar minn 11-il sena fl-Oppożiżżjoni din il-fazzjoni tpoġġi l-kuruna fuq ras il-‘magħżul’ tagħhom.
Dan il-‘magħżul’ intant, hu għatxan għall-vendetta, kontra min ma taħ qatt iċ-ċans li jitla’ t-taraġ ta’ Kastilja!