Ir-rabja tal-partitarji għall-istat meskin li jinsab fiħ il-PN b’riżultat tas-survey ippubblikat nhar il-Ħadd li għadda mill-MaltaToday, qed jaqbdu anki fuq dak li qed ifissru bħala l-‘banalita’ ta’ press conferences li qed isejħu, fost dik tal-ġimgħa li għaddiet fejn tlett Deputati PN tkellmu fuq il-housing u l-prezzijiet tal-propjeta.
F’post fuq il-grupp magħluq ‘Nazzjonalisti ta’ Vera‘ ċertu Karm Brincat, ħareġ bis-saħħa kontra d-Deputati Albert Buttigieg, Ivan Bartolo u Bernice Bonello, li qalu li koppji qed jittardjaw li jiżżewġu jew li jkollhom it-tfal minħabba l-għoli fil-preżżijiet tal-propjeta’.
Filwaqt li l-konferenza tal-aħbariujiet ngħatata ġimgħa wara li l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li l-Gvern kien qed jestendi l-iskema suċċess tal-equity sharing lejn żgħażagħ minn 25 sena ‘l fuq, il-partitarju PN sfida lill-kelliema tiegħu dwar fejn minbarra l-kritika, huma il-proposti tal-PN?
‘Ha tonqos jew tiżdied il-propjeta’ taħt Gvern tal-PN?’ staqsa Karm Brincat, li żied fuq kif ‘dawn huma l-mistoqsijiet li rridu nwieġbu jekk irridu nkunu krediubbli’/
Il