Helpers u kollaboraturi stretti ta-MEP ‘Top Gun‘ tal-PN Peter Agius spiċċaw kellhom iħallsu minn buthom għal fenkata mal-benjamin tagħhom, minkejja li stedinhom hu, u li nsista li jattendu għal ‘ikla ta’ ringrażżjament’.
Il-każ seħħ dan il-weekend, fejn Peter Agius ċempel ripetutament lill-helpers u lill-kollabotraturi stretti tiegħu għal ‘fenkata ta’ ringrażżjament’ u attendew madwar 15-il persuna, li kielu u xorbu kemm felħu. Fuq kollox kienu mistednin tal-MEP tagħhom li issa qed jaqla paga ta’ kbira fl-Ewropa.
Peter Agius, pożi u ritratti, u sustanża xejn!
Il-ferħ u l-iċċaċċrar iżda malajr ntemm ħesrem, hekk kif fl-aħħar tal-ikla Peter Agius ippreżentalhom il-kont u baqgħu mbellħin.
Kien hemm min fosthom li ma kellux biżżejjed flus fuqu, u kellu jdur għal sħabu biex jgħinuh iħallas il-parti tiegħu tal-kont.
L-MEP ‘Top Gun’ Peter Agius sar jistieden lin-nies għall-ikel u wara jagħtihom il-kont!
Kien hemm oħrajn li esprimew l-għadab u d-dispjaċir tagħhom ma’ Peter Agius, għall-fatt li ma kienet stedina xejn, iżda ikla bi ħlas, meta setgħu faċilment nefqu dawk il-flus ma’ wliedhom u l-familji rispettivi tagħhom.
It-togħma ħażina li ħalla warajh Peter Agius għal din il-fenkata, kienet evidenti għal diversi li raw u semgħu li kien għaddej, u xi helpers nstemgħu joffenduh u jitilqu millistabbiliment rrabjati.