Il-Kap tal-Partit Demokristjan CDU Friedrick Merz llejla kien elett mill-Bundestag bħala l-Kanċillier il-ġdid tal-Ġermanja.
Meqjus bħala konservattiv, Merż hu fost l-aktar fil-Ġermanja li jrid jarma lill-Ukrajna kontra r-Russja, u fost l-ewwel impenji politiċi tiegħu hemm li jiżblokka l-kunsinna ta’ missili ta’ distanża twal, it-‘Taurus Cruise’ bl-iskop li jippermetti lill-President Zelensky li jattakka b’aktar determinazzjoni lir-Russja ta’ Vladimir Putin.
Il-missila Taurus Cruise li Friedrick Merz irid jibgħat b’saħħa lejn l-Ukrajna
Merz hu ħabib ta’ Roberta Metsola, li kienet fost l-ewwel illejla li ferħet għall-ħatra tiegħu bħala Kanċillier ġdid tal-Ġermanja, fejn sostniet li hi ħerqana taħdem mill-viċin tiegħu.