Kuraġġ għażiż Kap Nazzjonalista Bernard Grech!
Għajnejn pajjiż sħiħ huma ffukati fuqek u fuq kif se tmexxi lill-Partit Nazzjoanlista lejn l-Elezzjoni Ġenerali li tmiss.
Nistqarr li għandek kuraġġ ta’ sur biex terġa taffronta Elezzjoni Ġenerali bħala Kap tal-PN wara t-telfa storika ta’ 40,000 fl-2022.
f’li tmiss qed tipprospetta li ssir l-ewwel astronawta minn Malta. b’korteżija ta’ Repubblika ta’ Robert Aquilina?
Tiftakar fil-video li għamilt mar-riżultat? Għedtilna ‘Jien se nibqa’ hemm’ u hemm bqajt.
Issa fil-PN erġajna qed nisimgħu diskors u tixwix biex titneħħa, eżatt kif int għamilt ma’ Adrian Delia, u nistgħaġeb kif int stess erġajt spiċċajt fl-istess sitwazzjoni ta’ Delia ħames snin ilu.
Illum, mat-Times kont ċar ħafna: ;Xogħoli hu dak li nwassal lill-PN lejn nl-Elezzjoni Ġenerali li tmiss’,
Sewwa! Naqbel.
Li twassal, hi l-kelma li użajt.
Kont attent fl-għażla tal-kliem, għaliex ma għedtx li xogħolok hu li ‘tirbaħ’ jew ‘trebbaħ’ l-elezzjoni lill-PN. Naqbel ukoll, għaliex li kieku elezzjoni kellha tkun inxurjata għar-riskji, nassigurak li b’kif int sejjer, il-premium ikun ferm ogħla mid-dejn li akkumula l-PN!.
X’jaħsbu n-nies?
Intant bilħaqq, kif qegħdin fuq is-suġġett, nirrakkomanda li bħal ħafna laqgħat li qed tagħmel nissuġġer8ilek tiltaqa mal-bookmakers, ha tara x’jgħidulek fuq il-prospetti tal-PN.
‘If it unites’ għandu ċans jirbaħ il-PN skont Charles Bonello. iżda l-prospetti huma minimi ħafna!
U kif qegħdin fiż-żifna, kif int sejjer ma’ Karol Aquilina u Beppe Fenech Adami?
Kif int sejjer ma’ Repubblika?
U kif, imma kun onest ta’. Kif int sejjer ma’ Alex Borg?