Martin Ambinette ta’ 65 sena nstab mejjet f’Wied Blandun ġimgħa ilu wara kwasi tlett ġimgħat nieqes mid-Dar fejn kien qed joqgħod fil-Fgura.
Ġħal tlett ġimgħat segwejna b’ansjeta’ l-aħbarijiet fejn rajna lill-Pulizija u volontiera jfittxu għal Martin Ambinette, persuna disabbli u maħbub minn bosta fil-Fgura.
Sfortunatament, Martin Ambinette nstab mejjet b’riżultat ta’ jiem nieqes mill-mediċini, il-kesħa u l-maltemp, qalb il-ħaxix u s-siġar ta’ Wied Blandun.
Iżda x’seta ġara biex Martin Ambinette ħareġ minn Dar Merħba fil-Fgura u ma rritornax lura?
Fil-Parlament, il-Ministru Julia Farrugia spjegat fi tweġiba lid-Deputat PN David Agius li għalkemm il-każ hu suġġett ta’ inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Joe Mifsud, xorta iżda mhux xi każ ‘straightforward’.
Ambinette fil-fatt naqas li jirritorna lejn Dar Merħba jiem biss wara li l-post biddel il-management għal dik ta’ kumpannija li tagħġmel parti minn grupp ta’ kumpanniji fil-qasam tal-kura ta’ anżjani u persuni b’diżabilita’ u li nżertat propjeta’ ta’ benefattur kbir tal-PN.
Propju għalhekk forsi li l-każ ta’ Ambinett ma wassalx għal sejħiet ta’ riżenji ta’ Ministri, jew sejħiet għal Inkjesti Pubbliċi?
X’kellu differenti l-mewt ta’ Martin Ambinette minn dik traġika u sfortunata ta’ Carmelo Fino, li s-sena li għaddiet kien għeb minn San Vinċenż de Paule?
Martin Ambinette ukoll għandu familja li qed tfittex ir-risposti.
Veru li Martin Ambinett kien indipendenti u kien joħroġ spiss minn Dar Merħba u jirritorna waħdu.
Iżda Martin kien ilu f’Dar Merħba għal 13-il sena, u l-metodu ta’ bidla għall-għarrieda u f’daqqa fit-tmexxija tal-post setgħet ħasditu u ddiżorjentatu.
Ma baqgħetx aktar il-carer tas-soltu li tgħaddilu l-pinnoli jew li ħaditlu ħsieb tagħtih il-wens u l-kura li kien imdorru biha.
Hekk kif daħal il-kutrattur il-ġdid, inbidel kollox, inħasdu r-residenti u n-normalita’ tagħhom inqalbet ta’ taħt fuq.
Iżda għal Martin Ambinette ma sar l-ebda kjass! Ma naqasx minn residenza mmexxija mill-Gvern, iżda nżerta li kien għadu ki ħa over ħabib tal-PN, u waqa’ s-skiet totali!