Skużawni għall-Franċiż tiegħi dalgħodu, iżda ma nistax noqgħod lura milli nitkellem bl-istess lingwaġġ lejn min dalgħodu għoġbu jitkessaħ u joffendi lil Malta ĦĠielsa, lil Mary Spiteri u l-legat storiku kulturali ta’ ‘Ġensna.’
Ħabib tiegħi bagħtli kumment ta’ min inħeba wara isem fittiżju, biex ivvomta fuq l-interpretazzjoni stupendata’ ‘Tema 79’ mill-kantanta ikona Maltija Mary Spiteri, waqt Mużika Mużika l-bieraħ filgħaxija.
Dak li jiffirma ‘R/Malta’ appella lill-ġurnalisti – speċifikament ta’ ‘The Times’ u ‘Lovin Malta’ – biex jagħmlu l-mistoqsijiet dwar il-parteċipazzjoni ta’ Mary Spiteri bħala mistiedna waqt is-serata ta’ Mużika Mużika.
Skont ‘R/Malta’ ‘jixtieq li ssir il-misoqsija lill-‘mafja’ ladarba – dak li fisser bħala – l-iStagno-Navarra’s kollha qed ‘jixxarrbu għaliha’.
Filwaqt li jistaqsi għaliex Mary Spiteri kantant ‘Tema 79’, dan ‘R/Malta’ għadda biex iżżufjetta b’Jum il-Ħelsien u l-Perit Mintoff.
Immedjati kienu Net News li qabżu fuq dan il-post biex nefħuħ, u dawwru l-avveniment f’attakk fuq il-Partit Laburista.
Bħala NOTA EDITORJALI, inwieġbu li l-istanding ovation li riegħed it-tinda kollha f’Ta’ Qali dal-lejl, kif ukoll l-eluf kbar li ngħaqdu jaraw it-televiżjoni, msaħħra u emożjonati u komplew sal-lum jaraw ir-ripetiżżjoni tas-silta fuq il-meżżi soċjali, hu biżżejjed prova ta’ fejn qed tħabbat qalb il-Maltin u l-Għawdxin.
Dak li seħħ dal-lejl f’Ta’ Qali iggalvanizza poplu u għaqdu f’turija kbira ta’ qlubija u pattrijottiżmu li konna ilna ma nħossu u naraw fil-pajjiż, filwaqt li kompla jiżola lill-Partit Nazzjonalista u lis-satelliti tiegħu bħal ‘R/Malta’ fil-morsa tal-mibgħieda u l-għira.
Dear R/Malta, it truely takes a PN c**t like you, to trigger – once again – the disdain, anger and rage of an entire nation, towards people like you, who have yet to get over a serious trauma. That of living in perpetual denial of isolation.