Wara x-xenata li qajjem nhar il-Ħamis wara nofsinhar għaliex Roberta Metsola ma stednitux għall-attivita tagħha fin-Nadur, Bernard Grech spiċċa biex mar għall-attivita’ wara li saru għadd ya# telefonati lill-istaff ta’ Metsola biex jinħariġlu invit u saħansitra jagħtuh spaċju fuq il-podium biex jitkellem.
Għaddiet tiegħu insomma.
Għaddiet ta’ Bernard Grech, il-‘Kap’ tal-Partit Nazzjonalista li l-bieraħ kellu jumilja ruħu u jagħmel dikjarazzjoni li li ma kienx se jirriżenja, wara li nterrdu ‘xniegħet’ li kien se jabbanduna l-kariga.
Is-sabiħa hi li bħat-tfal, Gtrech tefagħha fuq il-Labour li qed ixerred dawn ix-xniegħat, bħallikieku ara l-Partit Laburista x’jinteressah jekk Bernard Grech jirriżenjax jew le.
Lura għall-attivita’ fin-Nadur, Roberta Metsola – friska minn laqgħa mal-Istitut tal-Accountants fejn setgħet għallinqas indikat accountant jew awditur għall-Partit Nazzjonalista – żammet attivita’ għall-kostitwenti Għawdxin tagħha, iżda l-party ttrasforma ruħu għal pjattaforma ta’ appoġġ għal Beppe Galea li hu meqjus bħala r-rivali numru wieħed fuq Għawdex għad-Deputat Alex Borg.