Wara s-sejħa fid-Depot ta’ Robert Aquilina dwar il-‘leaks’ mill-Inkjesta Maġisterjali fuq il-Bank Pilatus, issa jmiss dalwaqt li l-Pulizija tibgħat għal Mark Camilleri.
Bħal Aquilina, li qed ikun investigat fuq ordni tal-Qorti li kkunsidrat bħala ‘serja ħafna’ l-leak tal-Inkejsta Maġisterjali, l-itess se jkun għal Mark Camilleri li fil-konfront tiegħu hemm ordni gġal investigazzjoni fuq il-leak tal-whatsapp chats kollha ta’ Yorgen Fenech.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Edwina Grima kienet sabet li Mark Camilleri kkalpsta d-divjet ta-Qorti u ppubblika c-chats li kienu fl-proċess tal-kawża.
Intant, Mark Camilleri qed jiffaċċja multa ta’ €200,000 hekk kif qed jistenna s-sentenża tal-appell li għamel wara li l-Kummissarju għad-Data sabitu ħati fuq kull livell, li kiser il-privatezza bil-pubblikazzjkoni taċchats privati tad-Deputata Laburista Rosienna Cutajar u nies oħra.