Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri għada se jattendi l-attivita’ politika fin-Naxxar, u se jattendi akkumpanjat minn numru mdaqqas ta’ partitarji Għawdxin.
Clint Camilleri ilu għaddej minn ġimgħat ta’ persekuzzjoni b’inkjesti fażulli kontrih u kontra martu minn Jason Azzopardi, u għadase jingħaqad mal-familja kbira Laburista li fin-Naxxar se tibgħat messġġ ta’ reżistenza kontra l-klikka estremista tal-Partit Nazzjonalista u ta’ Repubblika.
Tlett inkjesti ta’ Jason Azzopardi li b’vendikazzjoni saru lejliet l-Ewwel tas-Sena li għaddiet, kienu mormija mill-Qrati aktar kmieni din il-ġimgħa, iżda Jason Azzopardi qed jippersisti bil-persekuzzjoni wara li appella d-deċiżjoni.
Il-Ministru Camilleri mistenni jattendi fin-Naxxar akkumpanjat minn numru ta’ partitarji Laburisti Għawdxin.