Erġajna! u erġajna sew fil-PN!
Wara l-attakk aħrax minn SideStreetMalta kontra Bernard Grech, fil-PN għal darb’ oħra hemm arja tqila b’akkużi, spekulazzjonijiet u anki min ddikjara l-gwerra.
l-attakk ta’sidestreet li sar bil-barka ta’ Repubblika, tefa’ f’paniku ċ-ċirku madwar Bernard Grech, iżda fetaħ front ta’attakk mill-attivisti li huma meqjusa viċin tal-eks Kap Adrian Delia li għadhom qed ifittxu l-vendetta għal kif l-establishment waslet biex għamlet daqstant ħsara lill-=istess Delia u lill-PN.
Lkoll qed isostnu li Bernard Grech issa se jkun qed iduq l-istess mrar u kattiverja li niesu stess użaw biex eleġewh Kap flok Adrian Delia.
Fost il-kummenti li spikkaw f’dawn l-aħħar siegħat hemm dak ta’ Andre Grech, eks uffiċċjal tal-PN, ħabib intimu ta’ Adrian Delia, li fetħilha kontra l-establishment tal-PN, l-aktar kontra Mark Anthoy Sammut.