Sewwa ngħid jien li x-xenati u l-protesti ta’ Repubblika u Occupy Justice favur il-liberta’ tal-istampa u li l-ġurnalisti m’għandhom qatt ikunu attakka, m’huma xejn għajr messa in xena biex jiskurjaw punti politiċi, basta kontra l-Labour u kontra l-Gvern!.
Għax Tim Diacono poġġa mistoqsija f’intervista ma’ Roberta Metsola dwar jekk tħosshiex ‘enabler’ għall-ġenoċidju mwettaq f’Gaża mill-qawwiet Iżraeljani, ħoll xagħrek u ġib iż-żejt! Ma tarax tgħid hekk lil Metsola.
Mela insa li Tim Diacono hu ġurnalist, insa wkoll li jaħdem ma’ Lovin Malta, pero’ issa tinsiex iżda, li kontrih beda baraxx ta’ kritika u attakki, għaliex Diacono kkritika lil Metsola!
Mela armi d-diskorsi kollha fuq Daphne Caruana Galizia u kemm hu importanti li tipproteġi lill-ġurnalisti, u issa jiġu l-attivisti ta’ Repubblika u Occupy Justice, u jattakkaw ġurnalist!
Jisimhom Karen Zerafa Boffa u Rachel Williams.
Kemm qegħdin sew!
M’għandhom bżonn l-ebda introdużżjoni. It-tnejn għandhom mibgħieda għamja lejn Joseph Muscat, Robert Abela, il-Partit Laburista, u lejn il-Laburisti.
Imma Zerafa Boffa u Williams, għax huma attivisti ta’ Repubblika u Occupy Justice, dawk jistgħu jikkritikaw u jgħajjru ġurnalist!
Dawk jistgħu! Ħaddieħor le!
M’inix imbeċilli, imma naħseb min kiteb ir-rimarka biex jistaqsi min qed iħallas lil Tim Diacono, vera qed tgħix fil-qamar, għaliex minn dak li kien ippubblikat, Lovin Malta bbenefikat minn fondi sostanżjali mingħġand Roberta Metsola bġala l-president tal-Parlament Ewropew!
Qas dik ma kienu kapaċi jkunu jafu!
Imma għal darn’ oħra, dawk jistgħu jattakkaw ġurnalist.
Inti, jiena, aħna lkoll boloħ!