Storja oħra mis-sensiela ‘Amazing’ tal-Partit Nazzjonalista, toħroħ mir-rappurtaġġ ta’ Net News għall-intervista li saritlu l-bieraħ minn The Sunday Times.
Net News għafset fuq it-titlu li jikkwota lil Bonello jgħid kemm bdiet tinħass il-bidla!
Charles Bonello u anki Net News jafu l-verita ta’ kemm bdiet tinħass il-bidla fil-PN mindu ħa l-kariga nhar il-Ħamis li għadda.
Kulma jridu jagħmlu hu li jsaqsu lix-xandara kollha ta’ Net FM li spiċċaw b’ordni biex jaqtgħu il-linja lil kull partitarju li jċempel u jitkaża bl-għażla ta’ Bonello għal Segretarju Ġenerali!
Għażiż Charles ilbes is-seatbelt sew, għax gass down għaddej ix-xogħol…
Charles, kemm marru tajjeb ħafna bik tal-PN!
Tgħidx kemm huma kuntenti l-partitarji, li nhar Ħadd il-palm qed ilestulek pageant bil-Palm u josannawk.
Tgħaddi ġimgħa, u jipproċessawk quddiem Pilatu, u se jsallbuk, bid-differenza iżda, li mhux se tirxoxta mat-tielet jum/
Jaqbillek issum dan ir-Randan, għaliex id-dnub tiegħek ta# żmien GonziPn, mhux se jinħafirlek mill-partitarji.