It-Times dalgħodu qed tirrapporta bi prominenża x’qal l-Isqof Irtirat George Frendo qal li n-nisa vittmi ta’ vjolenża domestika għandhom ‘jaħfru qabel ma jmorru għand il-Pulizija’.
Idea brillanti!
B’hekk kull mara li tisfa’ vittma ta’ abbuż ta’ vjolenża domestika, taħfre, tgħid lir-raġel ‘grażżi’, tibqa’ tgħix miegħu fit-terrur u possibbilmet tagħtih l-opportunita’ biex joqtolha wkoll kif ikun fiż-żifna tal-abbuż vjolenti u psikoloġiku.
Bil-proposta ta’ Mons. Frendo, eks Isqof tal-Albanija, nistgħu nżarmaw u nqisu bħala ‘redundant’ il-Pulizija mit-Taqsima għall-Kontra l-Vjolenża Domestika, u nxolju l-organizazzjonijiet għad-Drittijiet tan-Nisa.
Nistgħu allura bl-istess argument, ngħidu lil kull vittma ta’ reati biex jaħfru u jaċċettaw kollox, u b’hekk ma jinvolvux Pulizija, qrati u istituzzjonijiet oħra!
Stramba li dan kollu qed jingħada fl-isfond tal-fatt li l-Pulziija qed tinvestiga l-allegazzjonijiet serji ta’ mart il-perċimes ta’ Repubblika Robert Aquilina, li qed ikun investigat fuq każ ta’ vjolenża domestika serja.
Għaġeb tal-għeġubijet, minn fost Repubblika hemm min saħansitra qed ipinġi lil Aquilina bħala martri u vittma ta’ ‘Frame-up’ bħal ta’ Pietru Pawl Busuttil.