Hekk kif dalgħodu tqassmu l-istatwetti tal-Oscars f’Los Angeles, il-premju għall-aħjar attur mar għand il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech.
Ir-reċta tiegħu hi impekkabbli. Jirnexxielu jaħbi l-verita’ u kapaċi jbiddel wiċċu għal kull okkażjoni, anki jekk ninsabu fl-eqqel tal-Karnival.
Qed ngħid dan għaliex il-bieraħ, Bernard Grech għażel li jattakka lill-Prim Ministru Robert Abela u qal li dan ma jridx jippubblika s-sors ta’ ġidu.
Grech kien qed jirreferi għall-pubblikazzjoni tad-Dikjarazzjoni tal-Assi mill-Kabinett, li għalkemm mhux obbligu bil-Liġi hi prassi li tgħin fit-trasparenza tal-gvernaturi tagħna.
Iżda meta Bernard Grech jagħmel stqarrija bħal din, joħroġ kemm hu ekonomiku mal-verita, għall-fatt li jaf li L-Prim Ministru nnifsu għamel dikjarazzjoijiet importanti dwar dan, iżda bħas-soltu l-Kap tal-Oppożizzjoni jipprova jirreċtaw u jwaddab it-tajn.
Filwaqt li Grech jaf li l-uniku skop wara l-ferneżija tal-Oppożiżżjoni għall-insistenza tal-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-assi, m’hi xejn għajr xenata oħra populista, dan tal-aħħar jaħbi l-intenżjoni ċara tal-PN biex ‘jiddevja’ l-ovvju minn fuqu.
Bernard Grech konvenjentement għażel li ma jitkellimx fuq l-istqarrija tal-Prim Ministru li m’għandu assolutament xejn kontra l-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-assi, iżda f’ġieħ it-trasparenza, stieden lill-istess Oppożizzjoni biex tingħaqad miegħu u tkun favur Liġi li tobbliga lill-kull membru tal-Kamra tar-Rappreżentanti- inkluż hu u lil sħabu fil-Grupp Parlamentari Nazzjonalista – biex jippubblikaw d-dikjarazzjoni dwar il-ġid tagħhom.
Malli semgħu hekk, id-Deputati Nazzjonalisti twerwru, oġġezzjonaw u minflok, infexxew f’attakk isteriku kontra l-Gvern, b’Bernard Grech inkluż.
Ir-raġuni hi ovvja:
Iridu lil kulħadd ikun kontabbli, min barra huma.
Agħar minn hekk iżda, Bernard Grech hu attur tajjeb ħafna, għar-raġuni li jipprova jiżgiċċa mir-realta’ tal-fatt li hu stess jinsab uffiċċjalment investigat mill-Pulizija tat-Taqsima għal Kontra r-Reati Ekonomiċi tal-Pulizija (FCID) fuq il-froġa tiegħu dwar il-ħlas tal-kjont tat-taxxa.
Grech jaf li f’din l-investigazzjoni m’għandux fejn idur, għaliex sħabu stess ġiegħluh jigdeb billi l-ewwel jgħid li ħa l-flus mingħand ibnu, u esponih għal investigazzjoni dwar ġid inspjegabbli fl-eta’ studenteski, imbgħad wara rriżulta li l-kont tat-taxxa tħallas permezz ta’ ġabra bejn diversi negozjanti. Dan poġġa lil Grech f’pożizzjoni agġar għaliex dan ifisser li twettaq att serju ta’ korruzzjoni fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni.
Minbarra dan, Bernard Grech hu sal-lum il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, li bħala organu politiku wkoll jinsab taħt investigazzjoni tal-Pulizija minħabba t-tbażwir u abbuż fil-kontijiet tiegħu, li sal-lum dan it-tbażwir laħħaq ħofra rekord ta’ €42 miljun.
Bernard Grech tassew jimmerita l-premju Oscar għall-aħjar attur!