Imma possibbli Ministru li f’din il-ġimgħa ta’ rabja u diżappunt għall-kuntratt oxxen mogħti lil Mark Camilleri, int inkwetat fuq it-televoting waqt il-Eurovision?
Emminni ma nafx x’naqbad ngħidlek. Ma nafx naqbadx nibki jew insabbat rasi mal-ħajt.
B’dawk is-snin kollha ta’ esperjenża politika u bħala l-aktar Ministru b’esperjenża fil-Kabinett, ikollok tammetti li żbaljajt u weġġajt lill-Laburisti, lkoll vittmi tal-ħdura u l-mibgħeida tal-psiko terrorist Mark Camilleri.
Jekk temmen verament li Mark Camilleri għandu l-kredenżjali biex iservi bħala ‘konsulent’ mal-Gvern, mal-Ministeru tiegħek jew ma xi agenżija tiegħek, allura ppermettili: Qiegħed isservi fil-partit żbaljat!
Viva l-Eurovision Ministru!