Karol Aquilina kien ċar mal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista: ‘Hawn minn fostkom min għandu ‘insurance’ mal-Partit Laburista. Se nikxifkom, just wait and see…’
Ma kienx il-mument li d-Deputat Għawdxi Alex Borg ikkonfrontah flimkien ma’ Adrian Delia.
Alex Borg mar pass oltre. Qabad u siefer għal bachelor’s party fis-Slovakkja u ġie jaqa’ u jqum mill-vot fil-Parlament ta’ nhar l-Erbgħa dwar l-Inkjesti Maġisterjali. Anżi, għamel aktar: Ma marx għall-protesta tal-borom u l-imgħaref ta’ Repubblika!
Għal Repubblika, l-assenza ta’ Alex Borg mill-Parlament u mill-protesta nhar l-Erbgħa hu sagrileġġ, u ngħata bidu għal kampanja qalila ta’ skreditar, tant li llum il-kirurgu Kevin Cassar, li jiġi ħaten Beppe Fenech Adami, ħareġ b’attakk feroċi kontra Alex Borg.
B’kumbinazzjoni, Kevin Cassar – f’artiklu f’The Malta Independent – uża l-istess lingwaġġ ta’ Karol Aquilina fil-konfront tiegħu, u fisser lil Alex Borg, bħala “iż-żiemel ta’ troja Laburista fi ħdan il-PN”.Fl-artiklu Kevin Cassar attakka b’saħħa lil Alex Borg, inkluż għajjru megalomaniku, mimli bih nnifsu, opportunist…”
Kevin Cassar imur oltre, jasal biex saħansitra jitfa’ theddida sottili lil Alex Borg billi kkwotalu silta minn intervista xi ġimgħat ilu fejn qal li se jiġġieled għall-futur ta’ Għawdex.
Cassar qal: “l-ironija hi li Alex Borg mhux qed jiġġieled għall-futur ta’ Għawdex, u lanqas għall-futur tiegħu/!”
Lanqas għall-futur tiegħu?
Iva, Kevin Cassar qed iwissih li bdew jaħdmu kontrih biex jeliminawh politikament. Ċara.
Il-kbir għadu ġej…