Bdiet l-agunija ta’ Bernard Grech bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, hekk kif nhar it-Tnejn li ġej mistenni jiffaċċja vot ta’ sfiduċja mill-‘Blue Heroes’, waqt laqgħa tal-Grupp Parlamentari li ssir fid-Dar Ċentrali.
Il-laqgħa se issegwi l-pubblikazzjoni tat-tieni survey diżastruż għall-PN u għal Bernard Grech f’temp ta’ xahrejn mill-MaltaTodaym u li nhar il-Ħadd li għadda kabbar id-distakk tal-Partit Laburista fuq il-PN bi 39,000 vot u d-distakk enormi ta’ fiduċja bejn il-Prim Ministru Robert Abela u Bernard Grech.
Dan is-sit hu infirmat li żmien ġimgħa għal laqgħa hu biżżejjed biex naraw ir-ritorn tal-Blue Heroes li kienu qaċċtu lil Adrian Delia ħames snin ilu, issa jduru fuq Bernard Grech, li ma kullimkien qed ixxerduhielu bħala ‘għażżien’ u ‘inkompetenti’.
Nifhmu li Grech se jkun iffaċċjat minn Deputati bħal Beppe Fenech Adami u Karol Aquilina li se jitolbuh iwarrab jew se jmorru għal sfiduċja.
Nifhmu li l-Blue Heroes iridu jipproponu isem ta’ mara għall-kariga ta’ Kap tal-PN li mhuix Roberta Metsola.
Aktar dettalji dalwaqt.