Caroline Muscat, oħra li għandha lanżita kontra kollox li hi hu Laburist tmexxi ‘The Shift News‘ u tgħoxa tattakka fuq ‘persons of trust’ u fuq ‘kuntratti’ , Din id-darba iżda, Caroline ta’ Simon Busuttil, għażlet li tibqa muta.
Għalkemm bħalissa jidher li bejn Caroline Muscat u Mark Camilleri ma tantx hemm imħabba kif jixħdu diversi posts fuq il-meżżi soċjali, The Shift News iżda għażlet li tibqa’ gallarija u peress li Mark Camilleri qed ‘jaqdihom’ politikament bil-kitba kattiva u krudili tiegħu kontra Robert u Lydia Abela, Joseph u Michelle Muscat, Ministri u esponenti tal-Partit Laburista, ma jsemmu xejn.
Alla jbierek, The Shift News u sħabhom ta’ Repubblika, lanqas biss ikkunsidraw jinvokaw il-Freedom of Information Act biex ikollhom aċċess għall-kuntratt ta’ Mark Camilleri.
Is-soltu The Shift u Repubblika jagħmlu storja kbira dwar min ikunu ingaġġjat b’kuntratt ma’ entitajiet governattivi.
Iżda Mark Camilleri issa hu tal-qalba fix-xirka tal-estremisti li jivvumtaw ħdura eżaġerata lejn il-Laburisti.
Camilleri qatt m’hu affidabbli, iżda qiegħed hemm magħhom, u m’għandhomx option oħra li jerġgħu jittrasformaw ruħhom fl-ipokriti konvenjenti li dejjem kienu.
Ma jistħux minn Alla dawn in-nies.