Albert Marshall, il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill tal-Arti għandu ħafna xi jwieġeb dwar il-kuntratt skandaluż mogħti lill-pseudo-reazzjonarju Mark Camilleri.
Marshall, li ftit tax-xhur ilu ddikjara li ‘jimmasturba‘ meta jisma u jara lin-nies titkellem dwaril-kultura, jirriżulta l-firmatarju tal-kuntratt mogħti lil Camilleri.
Il-Kunsill tal-Arti jaqa’ taħt ir-responsabbilta’ politika tal-Ministru Owen Bonnici, li issa – minkejja l-kuntratt – l-istess Mark Camilleri kellu wkoll l-ardir li jattakkaħ għaliex skont hu l-PBS ma jidhirx li għamel jew qed jagħmel xi sforż partikolari biex Malta tasal tirbaħ il-Eurovision.
Il-kuntratt mogħti lil Mark Camilleri ġie bħala xokk għall-partitarji kollha Laburisti, li lkoll qed jeżiġu t-tweġibiet.
Mark Camilleri hu blogger li jivvomta tant kattiverja u ħdura fil-konfront ta’ dak kollu li hu Labour.
Malli ismu jissemma’ anki f’ċajta, il-Laburist mill-ewwel jireaġixxi b’diżgust, aħseb u ara x’qed jgħid issa li Mark camilleri kien akkomodat b’dan l-arranġament, u saħansitra qed ukun rappurtat li mill-€25,000, diġa’ ngħata s-somma ta’ €10,00o bil-quddiem.
Insomma. Dan hu każ ieħor fejn il-Partit Laburista għażel li jispara mhux f’saqajh, iżda b’apposta fil-bajd tiegħu stess!
Mark Camilleri!
Persuna jaqq u tqalliegħ ta’ karattru li l-kelma propja li toqgħodlu b’ġustiżżja hi tassew, li jobgħod u jobgħod b’lamżita kbira li dak kollu li hu Laburist.
Tgħid issa li bil-kuntratt li għandu Mark Camilleri, Albert Marshall għandu għaliex biex jimmasturba?