Kien hemm reazzjoni qawwija ta’ rabja u diżgust għall-aġir ta’ Donatella Falzon, il-mara li regolarment tikteb u tgħajjar lil-Ministru Roderick Galdes u lill-istaff tiegħu u tal-Awtorita’ għad-Djar, u ma tgħidx li kienet żgumbrata mill-post soċjali tagħha wara li nqabdet tikrih lit-turisti permezz ta’ Booking.com.
F’din it-tieni storja relatata ma’ dan l-iskandlu, dan is-sit hu infurmat liu wara li nqabdet tikri l-post tagħha lit-turisti, Falzon kienet għamlet minn kollox biex ma tkunx żgumbrata u titlef il-post, u saħansitra kienet għamlet kuntatt mal-Ministru Roderick Galdes, u riedet appuntament privat mal-Prim Ministru.
Falzon kienet għamlet numru ta’ kawżi fil-Qorti biex issalva l-post iżda kien kollu għalxejn.
Filwaqt li qalet li kienet tlesta trodd il-flus lura lill-Housing tal-kirjiet li għamlet minn fuq dahar il-poplu, daħlet fl-inkwiet ukoll mad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali peress li kienet qed tieħuy r-relief u kellha negozju b’salon tax-xahar.
Fost l-argumenti li ġabet fil-Qorti biex ma tiġix żgumbrata, kienet li “iva għamilt żball, iżda l- Ministru għandu l-obbligu li jedukani u jgħallimni ma nerġax nagħmilha.”
Donatella Falzon iżda m’għarfitx tibqa siekta, iżda minflok għażlet li tiftaħ kampanja ta’ tgħajjir lejn il-Ministru Galdes u lejn l-istaff tiegħu u tal-Awtorita’ għad-Djar.