It-tustaġni ta’ ċerti neis fuq Facebook hu bla limitu!
Donatella Falzon mill-Belt ta’ spissa tikteb fuq Facebook u tikkumenta b’tgħajjir u insulti lejn il-ministru Roderick galdes u lill-ħaddiema tal-Awtorita’ għad-Djar.
Falzon, li fil-Belt hi magħrufa għall-appoġġ tagħha lejn il-PN, tgħajjar lill-Ministru Galdes u lill-istaff tiegħu bħala ‘injoranti’, ‘pastażi’ u ‘ineffiċjenti’.
Li ma tgħidx iżda Donatella Falzon hu li sentejn ilu, l-appartament soċjali mogħti lilha fi żmien GonziPN, għaliex tqieset bħala ‘single mother vulnerabbli’, instab li kienet qed tikrih lit-turisti permezz tal-booking.com.
Malli daħlu għandha l-uffiċċjali mill-Awtorita’ għad-Djar, sabu li Falzon għamlet għamara ġdida u moderna, bil-ħitan tal-gypsum, filwaqt li fl-intrata tal-blokka tal-appartamenti għamlet ukoll ebauty salon abbużibv, fejn kienet tilqa lill-klijenti.
L-appartament kien jinsab fuq il-Ġnien ta’ Hastings fil-Belt, b’veduti mill-isbaħ tal-Port ta’ Marsamxett u Tas-Sliema, u hu mifhum li Donatella Falzon kjieent qed iddaħħal eluf ta’ ewro mil-kirjiet illegali lit-turisti.
L-Awtorita’ għad-Djar ħadet iċ-ċwievet tal-post mingħand Falzon u ġiet sgumbrata.