Is-swaba tal-establishment jsiru twal ħafna meta jiġu biex jiddefendu u jipproteġu lil wieħed minn tagħhom, partikolarment meta jkun jismu Robert Aquilina, u fil-konfront tiegħu għaddejja investigazzjoni serja ħafna.
Nifhmu li mindu l-każ dwar allegat vjolenża domestika fil-konfront ta’ Aquilina ħarġet fil-beraħ, qed ikunu rappurtati diversi tentattivi permezz ta’ terżi persuni, fosthom minn reliġjużi, li qed jippruvaw iwasslu l-messaġġ lill-mara biex twaqqa’ l-każ u biex taħfer lil żewġha.
Robert Aquilina dieħel għall-interrogatorju tiegħu fis-CID nhar id-Sibt li għadda
Nifhmu li l-Pulizija hi mgħarrfa b’dan u jekk ikun ippruvat, is-sitwazzjoni għal Aquilina tista’ tiggrava minħabba r-reat ta’ intralċ u influwenża fuq xhud ewlieni tal-prosekużżjoni.
Iżda l-każ fil-konfront ta’ Robert Aquilina – kif irrappurtajna f’dawn l-aħħar jiem – qed ikompli jikber hekk kif il-Pulizija u l-Avukat Ġenerali qed jikkunsidraw iżidu l-akkuża ta’ stupru konjugali.
F’dawn l-aħħar siegħat ħarġu wkoll dettalji dwar viżżji perversi li jinvolvu pornografija estrema.