L-akbar benefattur tal-PN Tancred Tabone – meqjus bħala l-perċimes wara l-iskandlu multi-miljunarju mix-xiri taż-żejt għall-Enemalta – kien ammetta mal-Pulizija li flus misjuba f’wieħed mill-kontijiet li żamm fl-Isviżżera, kienu flus li seraq mingħand ommu li kienet għadha kif mietet.
Iva, smajtu sew! Tancred Tabone seraq lill-ommu mejta!
Dan il-fatt grottesk kien ħareġ fl-ewwel ġimgħat tal-kumpilazzjoni tal-evidenza quddiem il-Qorti tal-maġistrati.
Kien l-Assistent Kummissarju Michael Cassar – illum rtirat 0 li spjega lill-Qorti li waqt tfittxija fid-dar ta’ Tancred Tabone, kien sab irċevuta ta’ depożitu ta’ madwar €70,000 f’kont ta’ bank fl-Isviżżera.
Ir-rakkont ta’ Tancred Tabone lill-Pulizija
Meta ttieħed lura d-Depot għall-interrogazzjoni fuq dak kollu li nstab fid-dar tiegħu, Tabone qal lill-Assistent Kummissarju Michael Cassar li dawk il-flus kienu ta’ ommu.
Anżi, kellu l-ardir jammetti quddiem il-Pulizija li dakinhar li mietet ommu, kien hemm ħutu d-dar biex jagħtuha l-aħħar tislima.
Fi kliem l-Assistent Kummissarju Cassar: ‘Tabone qal li tela’ fis-silar ta’ fuq, daħal fil-kamra tas-sodda t’ommu, fetaħ kexxun u sab il-flus.
Tabone, imbgħad -0 bil-moħbi ta’ ħutu – daħħalhom f’butu, żammhom għalih, ħariġhom minn Malta u ddepożitahom f’kont li kellu fl-Isviżżera!’.
Dan id-dettal partikolari jinsab fl-Atti tal-każ ta’ korruzzjoni ta’ dan ix-xempju ta’ qdusija, li għadu kif rebaħ kumpens mill-Qorti ta’ €15,000 minħabba d-dewmien fl-iffriżar tal-assi tiegħu, u €7,000 oġra għaliex il-każ tiegħu ilu mwaħħal fil-Qorti tal-Maġistrati għal aktar minn 11-il sena!
Għalissa se nieqaf hawn.
Se nħalli lilkom tgħaddu l-ġudiżżju fuq dan l-eżempju rett tas-soċjeta Maltija, u li ta’ repubblika u tal-Partit Nazzjonalista jagħżlu li ma jsemmu qatt, anzi jħabuha taħt it-tapit.
Hux, kemm kellha raġun Daphne Caruana Galizia: ‘There are crooks everywhere you look!’