Tal-Partit Nazzjonalista huma lesti biex jiddikjaraw gwerra kontra l-Gvern, għaliex ma jridux li anki huma jkunu koperti bid-dikjarazzjoni tal-assi u l-ġid tagħhom.
L-obbligu li kull Membru Parlamentari – inkluż tal-Oppożizzjoni – għanu jagħmel dikjarazzjoni tal-assi u l-ġid tiegħu, qed ikun propost mill-Gvern bl-iskop li jwessa’ l-prinċipju tat-trasparenza fuq il-politiċi eletti fil-Kamra tar-rappreżentanti.
Fi ħdan il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista hemm oppożizzjoni kbira minn numru ta’ Deputati li assolutament ma jridux jikxfu l-ġid tagħhom. iżda jridu li jkunu tal-Gvern biss li jiddikjarawhom.
S’issa d-dikjarazzjoni tal-assi mill-Membri tal-Gvern hi prassi bi tradizzjoni iżda mhux b’obbligu legali.
Issa, il-Gvern miexi biex jipproponi li b’Liġi, kull parlamentari għandu jiddikjara l-assi u l-ġid kollu tiegħu jew tagħha.
Il-bidu tal-offensiva Nazzjonalista għal din il-proposta bdiet mil-lejla, b’gidba mxandra minn Net News li qalet li l-qamet kwistjoni dwar l-assi tal-Prim Ministru Robert Abela waqt laqgħa tal-Grupp Parlamentari Laburista.
Filwaqt li tan-Net News qalu li dan kien ‘leak’ miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, imkejjen viċin il-Grupp Parlamentari Laburista spjegaw li fl-ebda mument ma’ tqajjmet diskussjoni fuq l-assi ta’ l-ebda Membru Parlamentari.
Ninsabu infurmati li l-laqgħa ddiskutiet il-pożizzjoni tal-Grupp Parlamentari Laburista għal waqt id-diskussjoni li mistennija ssir nhar it-Tnejn fil-Parlament, meta l-Kamra se tiddiskuti l-Mozzjoni ta’ Kundanna għall-aġir tal-Oppożizzjoni memxxija min Karol Aquilina fil-konfront tal-iSpeaker Anġlu Farrugia.