Biex tal-lovin Malta jikkummentaw fuq in-nuqqas ta’ Bernard Grech u tal-PN jaslu bil-messaġġ s’għand in-nies u jgħodu li tas-‘Sofrito’ tat-toast €9.99, tinduna kemm missew il-qiegħ f’Tal-Pieta.
Hi kiefra, iżda realta’ veritjiera fl-istess ħin, u l-PN baqa inkapaċi li jispira fiduċja u kredibilita f’għajnejn l-elettorat, u donnu jrid jibqa’ jostina ruħu li jċaħħad lill-pajjiż minn Oppożizzjoni serja u li jkun tassew Gvern alternattiv.
Il-problema tal-PN ilha s-snin magħrufa, iżda l-istess PN ma jridx jaf li jirranġa jew li jinbidel.
Bħalma jittrattaw lin-nies huma, hu rifless fil-mod ta’ kif jitmexxa. Erba’ min nies li jaħsbu li huma l-bidu u t-tmiem ta’ kollox, li jafu kollox, u l-Liġi għalihom hi l-Liġi li titfa lil-Laburisti l-Ħabs.
Il-famuż Mr Soffrito, jirnexxilu jkun aktar popolari u kredibbli mill-PN!
Tim Diacono tal-Lovin Malta spjega kif ma jistax jifhem kif il-proposta tal-parental leave tal-PN m’ għamlitxb ħoss fil-pajjiż, u għalhekk qabbel lil Grech u l-PN ma’ tas-Sofrito, li jirnexxielu jkollu aktar segwaċi u klijenti li jirrispondu għall-messaġġ tiegħu bil-bosta ferma aqwa mill-PN.
Li l-PN jinsab u ilu maħtuf minn klikka ta’estremisti ilha magħrufa. u l-elettorat donnu ħadu for granted li l-PN ma jinbidel qatt u li sar propjetaq ta’ klikka li permezz tal-familja, ma jaqlagħhom ħadd.
Kif qal l-eks Segretarju Ġenerali Clyde Puli ftit tal-ġimgħat ilu, tbiddel kemm tbiddel Kapijiet fil-PN, jista’ jinżel mhux il-Messija, għaliex sakemm jibqgħu jikkmandaw l-istess erba’ estremisti, mhemmx salvazzjoni