Mela dawn ta’ Repubblika deħlin u ħerġin mis-sigrieti tal-Maġistrati u tal-Mħallfin, għandhom aċċess għall-Inkjesti, jkellmu lil-esperti tal-Qortyi, u x’ma nafx aktar, u llum joħorġu jgħidu li l-Gvern jindaġal lill-Maġistratura!
Fi stqarrija llum Repubblika ħaditha kontra l-Gvern għaliex ressaq możżjoni li permeżż tagħha qed jipproponi li jinħatar ‘Czar għall-Istandards’ li jkun l-għassies fuq l-imġieba tal-Membri tal-Ġudikatura.
Imma għal Repubblika din mhix tajba!
Jaħsbu li l-Gvern irid ipoġġi għassies fuq sħabhom, ma jmurx ma jkollomx aktar xalati bl-aċċess għall-inkjesti, ħinijiet ta’ tfittxijiet fi djar ta’ eks Prim Ministri, logs ta’ konversazzjonijiet bil-WhatsApp Privati, li jċemplu lill-esperti tal-Qorti.
Kif ma jistħux għiduli!