STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA MAĦRUĠA MILL-PARTIT LABURISTA
Bid-dgħufija tiegħu llejla, Bernard Grech għadda ċ-ċwievet tat-tmexxija tal-PN lil Karol Aquilina
Illum il-poplu Malti u Għawdxi ra b’għajnejh Kap tal-Oppożizzjoni dgħajjef li mhux kapaċi jieħu deċiżjoni.
Issa għandna konferma ċara: Bernard Grech u l-Grupp Parlamentari Nazzjonalista bl-ebda mod ma jistgħu jwaqqfu lil Karol Aquilina mill-estremiżmu li jrid li l-Oppożizzjoni tmexxi bih.
Għalhekk, l-unika għażla li kien fadallu Bernard Grech kienet li jfarfar, jabdika mir-responsabilità u jaħrab ‘il barra.
Il-Partit Nazzjonalista spiċċa f’konfużjoni u kaos.
Bejn il-politika ta’ mibegħda u l-politika li tikkundanna l-mibegħda: Bernard Grech u d-deputati Nazzjonalisti għażlu l-politika tal-mibegħda ta’ Karol Aquilina.
Illum Bernard Grech u d-deputati kollha Nazzjonalisti kkonfermaw, issa biċ-ċertifikat, lil Karol Aquilina bħala l-Kap veru tal-Partit Nazzjonalista
Bid-dgħufija tiegħu, Bernard Grech għadda ċ-ċwievet tat-tmexxija tal-PN b’mod uffiċjali lil Karol Aquilina.
Karol Aquilina issa sar il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Nazzjonalista sar Karol Aquilina.