Il-Partit Nazzjonalista hu mistenni li jidħol fi kriżi interna ġdida hekk kif stħarriġ fost l-elettorat li sar mill-istatistiku Vince Marmara,mistenni juri li l-Partit Laburista kompla jwessa’ d-distakk tiegħu minn mal-PN.
Filfatt, mill-aġġar survey li sar mill-maltaToday qabel l-Għid il-Kbir, illum il-Partit Laburista hu rrappurtat kif li kieku kellha tisssejjaħ Elezzjoni Ġenerali għada, l-Partit Laburista jerġa jirbaħ b’distakk ta’ ferm aktar minn 25 vot.
F’kummenti lil portal ‘LovinMalta’ li antiċipat ir-riżultat, qalet li l-Partit Labursta ssokta jiġbor lura lill-votanti mill-bażi tiegħu, li sa ftit tax-xhur ilu kienu xettiċi9 fuq jekk jivvutawx jew jastjenu mill-vot.
Madankollu, f’kummenti lil LovinMalta, Marmara spjega kif mill-2013, il-Partit Laburista mmexxi minn Joseph Muscat rnexxielu jattira tant voti mill-PN, li dik il-bażi issa saret permanenti.