Ippermettuli nistaqsi fejn hu Manwel Delia?
Ma smajt xejn u ma rajt xejn minn-naħa ta’ manwel delia wara li kien espost il-gwaj kriminali li qed jiffaċċja l-‘best friend’ tiegħu n-Nutar tal-Kurja Robert Aquilina.
Issa Delia m’għandux biss is-‘salib’ tal-gwaj u l-kuntrumbajsi patetiċi ta’ Jason Azzopardi u l-ipokreżija tal-alleat Mark Camilleri li akkwista kuntratt ta’ €25,500 mingħand l-istess Gvern li jgħajjar ‘korrott’, iżda issa għandu patata tikwi ferm akbar, bir-riżenja ta’ Robert Aquilina b’konsegwenża tal-investigazzjoni kontrih dwar vjolenża domestika.
Delia se jispiċċa jkollu jġorril-piż lijsalva lil Repubblika mill-implużjoni konsegwenżjali.
Din hi daqqa’ kbira wisq biex ireġi jew jikkoreġi.
Il-kredibilita’ ta’ Repubblika spiċċat, u jista’ jdum isejjaħ għal protesti bil-borom, għax il-kawlata saret u d-diskors vojt ħalla kemm lilu u lil sħabu orfni ta’ ideal li jistgħu jiggranfaw miegħu.
Skużawni mill-ġdid…
Rajtuħ jew smajtuh lil Manwel Delia?