Il-possibilta’ tar-ritorn ta’ Simon Busuttil bħala l-għażla tal-klikka estrema tal-PN, bħala l-Kap il-ġdid flok Bernard Grech, ifisser ritorn fil-politika Maltija b’bagalja ta’ vendetta.
Busuttil, li qatt ma tela’ t-taraġ ta’ Kastilja, qed ikun imbuttat minn Louis Galea u minn Karol Aquilina, biex iħejji ruħu għal dan ir-ritorn, li qed ikun ippjanat sal-aħħar dettal.
Karol, mgħejjun minn ħuħ Robert ta’ repubblika u Jason Azzopardi, huma determinati li jerġgħu jimbuttaw wiċċ Simon Busuttil biex isalvaw li fadal mill-każ tal-isptarijiet kontra l-eks Prim Ministru Laburista Joseph Muscat.
Quddiem il-kollass imminenti tal-każ li feġġ mill-Inkjesta tal-maġistrat Gabriella Vella, il-klikka estremisti tal-PN u ta’ Repubblika, huma determinati li jżommu l-każ ħaj u jdewmu kemm jista’ jkun l-akkużi milli jaqgħu fil-konfront tal-akkużati kollha.
Barra minn hekk, il-pjan tal-aħwa Aquilina u Jason Azzopardi hu biex Busuttil jirkeb fuq il-kampanja militanti tagħhom kontra r-riforma fil-Liġi dwar l-Inkjesti permezz tad-diżubbidjenza 1ivili.
B’Simon Busuttil fuq quddiem, il-klikka estremista tal-PN temmen li tista tisforża id il-Prim Ministru Robert Abela biex isejjaħ elezzjoni bikrija.
Simon Busuttil minn-naħa tiegħu qatt ma ċaħad pubblikament li hu interessat jerġa jirritorna fil-politika, partikularment bħala Kap tal-PN flok Bernard Grech.
Li ddikjara żgur pubblikament dan l-aħħar waqt podcast ma’ Karl Bonaci, li għad għandu ħafna kontijiet pendenti fil-politika Maltija.
Mhux xi sigriet li Simon Busuttil qatt ma aċċetta d-disfatta elettorali tal-2017 kontra Joseph Muscat , u qatt ma aċċetta lill-partit Laburista fil-Gvern. Il-bagalja tal-vendetta tiegħu hi mgħobbija sa ruħ ommha.