Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello tassew irid jibla’ l-Alla!
Ma jibbastaħx li jieħu paga tajba bħala s-Segretarju Ġenerali tal-PN, kif ukoll paha oħra mingħand il-Gvern talli baqa’ jaħdem ta’ segretarju privat tal-eks Prim Ministru Lawrnece Gonzi, iżda issa sibna li qed jieħu t-tielet paga mensili tiegħu: Dak ta’ membru fl-eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali!.
Aktar kmieni llum żvelajna kif Bonello ma jridx jirreżenja minn Kunsiller u minority leader fil-Kunsill Lokali tal-Fgura/
Dan għaliex jekk jirriżenja mill-Kunsill, jitlef il-paga mensili mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.
Għal €400 fix-xahar, Bonello xorta ma jridx li jitlaq dan il-ħlas minn idejh.
Minkejja dawn it-tlett pagi fix-xahar, bl-akbar bipokreżija, Charles Bonello għaduu kif ta konferenza tal-aħbarijiet qabel l-Ewwel ta’ Mejju fejn tkaża b’familji li mhux qed ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja!