Baraxx ta’ kritika u oppożiżżjoni tal-pubbliku lejn Sandra Gauci u l-għażla tagħha li tmur quddiem il-Monument Nazzjonali tal-Assedju l-Kbir fil-Belt, fejn opponiet li jitnaddaf u sejħet għal aktar rispett lejn Daphne Caruana Galizia.
Li għamlet Sandra Gauci l-bieraħ kompla juri kemm lil Sandra Gauci tal-ADPD, kif ukoll lill-attivisti ta’ Repubblika u ta’ Occupy Justice kemm il-poplu Malti jrid jikkonserva l-Monument Nazzjonali tal-Assedju l-Kbir fil-Belt, u li ma jiġix ikkapparrat minn erba’ minn-nies u jagħmlu li jridu bih.
Ħafna kienu dawk li kkummentaw fuq nil-meżżi soċjali u kkundannaw lil Sandra Gauci għall-assurdita’ tad-dikjarazzjonijiet tagħha dwar dak li fissret bħala ‘rispett lejn Daphne Caruana Galizia’.
Fuq il-paġna Facebook ta’ TVM News li rrapporta lil Gauci tindirizza lill-istampa biswit il-Monuiment tal-Assedju l-Kbir, ma kien hemm l-ebda kumment ta’ approvazzjoni, għajr mas-600 kumment ta’ oppożizzjoni, li hu ndikattiv li l-poplu in ġenerali ma’ jridx li dan il-monument u kull monument Nazzjonali jispiċċa kkapparat u mibdul f’miżbla.
ALLEANŻI STRAMBI: Sandra Gauci f’konversazzjoni ma’ Robert Aquilina ta’ Repubblika
Fil-fatt, Sandra Gauci serviet bħala xprun għal aktar nies biex jiffirmaw il-petiżżjoni għal Liġi li ssejjaħ għall-ħarsien tal-Monumenti Nazzjonali.
Intant, osservaturi spjegaw kif ma hemm l-ebda raġuni oħra valida, għajr dik li Sandra Gauci qed tipprova tingħoġob mal-estremisti tal-Partit Nazzjonalista bil-konferenza tal-aħbarijiet tal-bieraħ.
GĦADEK MA FFIRMAJTX IL-PETIŻŻJONI?
IFFIRMA HAWNHEKK:
Parlament ta’ Malta – Petition