M’għandix għalfejn noqgħod nirrepeti fuq is-sitwazzjoni gravi ħafna li jinsab fih il-Grupp Parlamentari Nazzjoanlista, kawża tal-pressjoni u theddid li qed isir minn Karol Aquilina u Repubblika.
Madankollu, hemm sitwazzjoni parallela li qed tiżviluppa bejn Karol Aquilina u Repubblika ma’ Alex Borg li għażel li jsiefer għal Bachelor’s Party fis-Slovakkja flok ma attenda għall-vot fil-Parlament dwar ir-riforma fil-Liġi dwar l-Inkjesti Maġisterjali, kif ukoll ma attendiex għall-protesta ta’ Repubblika.
Is-safra segwiet argument sħun li żviluppa fil-laqgħa tal-grupp parlamentari xi jiem ilu, meta Karol Aquilina hedded lid-Deputati sħabu li kien se jikxef x’jaf fuqhom fil-ħajja privata u fuq ix-xogħol tagħhom, jekk kemm-il darba ma jsegwux id-direzzjonijiet tiegħu.
Aquilina hu rappurtat li qal li fosthom hemm deputati li għandhom “insurance” mal-Partit Laburista. Kumment li ma niżel xejn sew ma’ għadd ta’ Deputati, l-aktar Adrian Delia u Alex borg.
Kien biss il-bieraħ li Alex Borg tella’ post fuq Facebook b’ritratt tiegħu jsuq ‘off-road’, jispjega li kien qed ‘jiskopri’ lis-Slovakkja.
Illum, waslilna ritratt ieħor, ta’ Alex Borg jixrob il-Whiskey.
Fost l-estremisti leajli lejn Karol Aquilina fid-Dar Ċentrali hemm rabja tinġema’ għal Alex Borg, li qed jistennewh jirritorna biex jikkonfrontawh.
Mandy Mallia, oħt Daphne Caruana Galizia, hi oħra li qed teżiġi risposti mingħand Alex Borg.
Filwaqt li oħrajn qed jikkumentaw, li ‘Ruma qed tinħaraq, u Alex idoqq l-arpa fis-Slovakkja.’