In-Nutar kriminal Robert Aquilina kien rilaxxat mid-Depot tard is-Sibt filgħaxija, bil-kundizzjoni li ma javviċinax jew ikellem lil martu, filwaqt li ngħata wkoll il-police bail.
Robert Aquilina raqad waħdu d-dar matul il-lejl li għadda, u hekk se jkollu jagħmel fil-jiem u fil-ġimgħat li ġejjin.
Aquilina qatta kwasi sitt siegħat u nofs id-Depot fejn kien interrogat dwar rapport serju ta’ vjolenża domestika fil-konfront ta’ martu, fejn kellu saħansitra jintervjeni l-Pulizija li kien stażżjonat għasa mal-bieb ta’ barra tiegħu fis-Siġġiewi.
Assistit mill-Avukat Arthur Azzopardi – dak li darba kien jitqies bħala l-‘Paladin tar-Rule of Law’ u li kien jisfida lill-kummissarju tal-Pulizija u jgħajjru ‘purċinell’ – kellu jidħol fiis-CID u fil-kamra tal-interrogatorji, fejn ta’ spiss kien jgħajjar lil diversi esponenti Laburisti talli kienu ssejħu hemmhekk.
Robert Aquilina iżda lagħab il-karta tal-vittma ta’ dak li fisser bħala ‘mara mhux f’sikkitha’. Tefa’ kollox fuqha biex jeżonera lilu nnifsu, filwaqt li sieħbu Jason Azzopardi beda jxerridha ma’ min kien qed jistaqsih x’ġara, li l-mara hi ‘skiżżofrenika’.
Il-linja ta’ difiża ta’ Aquilina li jitfa’ kollox fuq il-mara, tixbaħ ħafna kif fil-Partit Nazzjonalista kienu xejjnu l-istqarrijietpubbliċi ta’ l-eks mara ta’ Adrian Delia, meta kienet twissih dwar in-nies ‘perikolużi’ fi ħdan l-sitess PN.
Kienu xerrduha li kienet ‘miġnuna’ u ‘skiżżofrenika’ wkoll, iżda żammet soda u ġġieldet sakem umiljathom kollha.
Il-każ ta’ Robert Aquilina ma ħasadx ħafna li kienu jafuh, partikolarment il-ġirien u r-residenti madwar il-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi li ta’ spiss kienu jisimgħu lil Aquilina jargumenta u jgħajjat, sakemm il-qofol intlaħaq il-Ġimgħa filgħaxija meta t-twerżiq tal-mara wassal biex intervjena l-Pulizija li kien għadssa mal-bieb tiegħu.
Aquilina ħareġ u qallu, ‘kollox sew ta’, tinkwetax. Ma ġara xejn.’
Sakemm ħarġet il-mara li talbet għall-għajjut, wara li spiċċat msakkra fil-kamra tas-sodda u rnexxilha titkellem mal-Pulizija mill-istess tieqa tal-gallarija minn fejn ftit sekondi qabel kien qed ikellem lill-Pulizija Robert Aquilina.
Malli l-Pulizija sema’ lill-mara titlob għall-għajnuna, sejjaħ minnufih għall-assistenża u l-mara kienet immedjament evakwata mid-Dar u nviżtata minn tabib li ċċertifika li kienet qed issofri minn xi ġrieħi f’idejha u f’wiċċha.
Professjonisti mill-Appoġġ tkellmu mal-mara u kkonkludew li kienet klassifikata bħala vittma ta’ vjolenża domestika ‘high risk’, b’hekk il-pulizija mit-Taqsima għal Kontra l-Vjolenża Domestika marru minnufih għand il-Maġistrat tal-Għassa Kevan Azzopardi li minn-naħa tiegħu ċaħad din it-talba.
Għalxejn spjegawlu li l-prassi f’każ ta’ assessjar ‘high risk’ jeżiġi l-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest, il-maġistrat Azzopardi baqa’ jinsisti li ma kienx se jiffirma.
Iddiżappuntanti, l-Pulizija ma kellhom l-ebda għażla oħra għajr li jsejħu lil Aquilina d-Depot il-bieraħ is-Sibt, u wara li kkonkludew l-interrogazzjoni kellhom jitilquh u javżawh li kien se jittella’ l-Qorti b’ċitazzjoni u mhux b’arrest f’data li għad trid titħabbar.
Fost l-akkużi li mistennija jinġiebu kontra Aquilina hemm vjolenża fiżika, theddid, abbuż psikoloġiku fuq medda ta# żmien, fosthom istanżi ta’ sekwestru ta’ persuna u kontroll psikoloġiku.
Akkużi xejn ħfief li jirreflettu l-gravita’ tal-każ li għalih Aquilina se jkollu jirrispondi quddiem il-Qorti.
Il-mit falż tal-paladin tar-Rule of Law għadu kif iġġarraf għal kollox, u l-pontifiki tiegħu fuq ġustiżżja, governanza u rule of law, saru suf.