Robert Aquilina sar jiffrekwenta d-Depot tal-Pulizija aktar milli xtaq jitfa’ fil-ħabs lil dak u lill-ieħor, hekk kif l-awra falża tal-omnipotentiżmu tiegħu bdiet tikkrolla madwaru.
Minbarra l-investigazzjoni serja li bdiet nhar is-Sibt li għadda fil-konfront tiegħu dwar każ serju ta’ allegata vjolenża domestika, issa Robert Aquilina ssejjaħ id-Depot hekk kif il-Kummissarju tal-Pulizija qed isegwi l-ordni speċifika tal-Qorti biex jinvestigah fuq il-‘leaks’ mill-Inkjesta Maġisterjali fuq il-Bank Pilatus.
Bħas-soltu, Aquilina qed jilgħab il-karta tal-martri, li mhux se jiżvela xejn, ‘anki jekk il-Kummissarju jitfgħu il-ħabs’, madankollu, l-istess Aquilina naqas li jispjega li mhux il-Kummissarju jitfgħu l-ħabs iżda se tkun il-Qorti li se tiddeċiedi fuq dan.
Aquilina, li tkaża fuq il-leaks dwar l-investigazzjoni fil-konfront tiegħu, se jibqa’ jinsisti li ‘kellu dritt’ jikxef mill-investigazjonijiet kontra terżi f’Inkjesta Maġisterjali.
Aquilina hu l-istes bneidem li fil-ġurnata tat-tfittxija fid-dar ta’ Joseph Muscat, ma ddejjaqx ikun preżenti jara mill-bogħod x’kien għaddej u jifraħ biha fuq il-meżżi soċjali.
Robert Aquilina beda jduq ftit mill-ħsara li xtaq fuq ħaddieħor, u jaraha tiġi lura lejh bħal boomerang.