Se jaqa’ l-każ kontra Robert Aquilina ta’ Repubblika wara li f’seduta l-bieraħ quddiem il-Maġistrat lara Lanfranco, mart Aquilina ħafritlu għal għemilu.
Bil-maħfra, Robert Aquilina daħal f’realta ta’ ammissjoni diretta li l-każ ta’ vjolenża domestika twettaq u li ma kenitx fantażija.
JHu mifhum li għada l-Ħamis meta Aquilina reġa hu msejjaħ quddiem il-Qorti, l-Maġistrat Lanfranco mistennija twissi lill-mara fuq l-implikazzjonijiet tal-maħfra lir-raġel tagħha, kemm għaliha, kif ukoll għall-Pulizija li nvestigaw il-każ u ressquh quddiem il-Qorti.
L-interessanti hu l-fatt li kull kamra tal-aħbarijiet kienet taf bil-każ u l-ħin, iżda ħadd ma mar jistennih għal ritratt jew filmat.
Dan b’differenża għal ħaddieħor ta’ fehma Laburista, li kienet issir show bih.