Ix-xniegħa li Bernard Grech kien se jitfa’ r-riżenja tiegħu minn Kap tal-PN bdiet minn ġod Dar Ċentrali l-bieraħ wara nofsinhar, u dan wara li l-istess Grech kien ikkonfrontat minn xi Deputati dwar il-farsa tat-tweġiniettiegħu lill-ġurnalisti dwar il-petiżżjoni fuq Manoel island u ċ-ċanfira li segwiet lejh mill-Moviment Graffiti.
Grech spiċċa mgħajjar ‘inkompetenti’ meta ffaċċjat bl-istqarrija ta’ Graffiti u l-kuntrumbajsa ta’ risposti li ta lil-ġurnalisti.
L-ewwel Grech rrefera għall-petiżżjoni ffirmata minn 29,000 persuna biex Manoel island ikun trasformat f’Park Nazzjonali, imbgħad meta mistoqsi dwar x’se jagħmel jekk il-petiżżjoni tasal quddie il-Parlament, wieġeb: ‘irridu naqrawha l-ewwel’,
Fuq il-bażi ta’ din it-tweġiba, il-Moviment Graffiti sfidat lil Grech jieħu pożizzjonin ċara, filwaqt li qalulu wkoll biex ‘jagħmel ir-riċerka tiegħu sew!’
Kien f’dan l-isfond li l-bieraħ wara nofsinhar nqala’ pandemonju fid-dar Ċentrali fejn xi deputati kkonfrontaw lil Grech talli ma kienx kapaċi jwieġeb fuq ħaġa li ilha fil-media għal dawn l-aħħar snin, u aktar minn hekk, il-Grupp Parlamentari kien diġa iddiskuta l-każ.
kien minn hawn li b’kummenti ta’ ‘inkompetenti’ u aġġettivi oħra, li mid-Dar Ċentrali stess ngħata bidu għat-tixrid tax-xniegħat dwar ir-riżenja.
Imkejjen spejagaw li x-xniegħat tmexxew bl-iskop li Grech jitpoġġa taħt pressjoni u jaqbad u jitlaq, filwaqt li nifhmu wkoll li saru sensiela ta’ telefonati bejn numru ta’ attivisti magħrufa għall-lealta tagħhom lejn il-fażżjoni estremista ta’ karol Aquilina u Beppe Fenech Adami.
Grech minn naħa tiegħu ħareġ igiddeb ix-xniegħat u juri li għadu fil-kontroll tal-Partit, madankolu jaf li l-pressjoni fuqu qed tiżdied u mistennija manuvri oħra fis-siegħat li ġejjin, ntiżi biex jiskrefditawh.