Tal-PN iridu jbellgħu l-mantra li huma ‘magħqudin’, iżda ma jemminhom ħadd!
Ritratt li nissel stmerrija fost in-Nazzjonalisti stess hu dak li ttella fuq il-meżżi soċjali minn David Agius mis-sezzjoni tal-VIP tal-iStadium Nazzjonali f’Ta’ Qali l-bieraħ waqt il-finali tat-360 Malta Premier League bejn Hamrun Spartans u Birkirkara FC.
Fir-ritratt jidhru mgħanqin ma’ xulxin għafd ta’ Deputati Nazzjoanlisti, bħal Adrian Delia, Bepep Fenech Adami, Mario de Marco, Justin Schembri, David Agius u Rebecca Borg, lkoll karattri li kulħadd jaf li huma mhux biss mqabbdin ma’ xulxin, iżda fuq kollox jappartjenu għal ffazzjonijiet totalment opposti u ma jaħmlux lil xulxin.
Għal dawn l-MPs tal-PN m’hemmx mistħija.
Ir-ritratt intant, jeskludi għal kollox lil Bernard Grech li kien bil-qiegħda ftit postijiet il-bogħod minnhom, u dawn l-MPs tgħidx kemm tkażaw b’Grech li niżel mal-lineup u qagħad fejn Joseph Muscat.
Għadda għal widnejna li bejniethom iċċajtaw u għaddew ir-rimarka, ‘la jaraw il-filmat u rt-ritratti ta’ Repubblika, tgħidx se jagħmulu.
Tant hu hekk li Beppe Fenech Adami ħa ritratt ta’ Bernard Grech spalla ma’ spalla ma’ Joseph Muscat ‘bil-mobile tiegħu u bagħatu lil Diversi nies, fosthom nifhmu wkoll lil Karol Aquilina.
Din il-ġimgħa stess se naraw kemm huma magħqudin hekk kif se jitlaqqa’ l-Grupp Parlamentari fejn hi mistennija burraxka oħra.