Kif kont żvelajt fil-bidu tax-xahar, it-tandem bejn l-aħwa Robert u Karol Aquilina trid tħarrax il-kampanja ta’ diżubbidjenza ċivili, u se terġa tniżżel lin-nies fit-toroq il-ġimgħa d-dieħla.
Repubblika, #occupyjustice, Fondazione Falcone, Aditus Foundation, The Daphne Caruana Galizia Foundation, Vuċi Kollettiva, u PEN Malta sejħu għal protesta quddiem il-Parlament għal nhar l-Erbgħa li ġej u dan – skont huma – “biex jagħmlu l-aħħar appell lid-Deputati biex ma jdgħajfux il-ġlieda kontra l-kriminalità u l-korruzzjoni.”
Dan is-sit irraporta ftit tal-ġimgħat ilu, li l-pjan ta’ Karol Aquilina, il-kap de facto tal-Partit Nazzjonalista hu li jsaħħaħ il-kampanja estremista tiegħu kontra kollox li hu Labour, bl-għajnuna ta’ ħuħ Robert li jmexxi l-għaqda Repubblika.
L-aħwa Aquilina jridu jniżżlu lin-nies fit-toroq kull ġimgħatejn.