Id-Deputati Nazzjonalisti qed jiffaċċjaw baraxx ta’ kritika mingħand il-partitarji u canvassers, li qed jinsistu magħhom biex ikunu rġiel u nisa’ biżżejjed u jitkellmu ċar dwar is-sitwazzjoni attwali fil-Partit.
Numru ta’ Deputati li tkellmu magġna b’mod anonimu qalulna li l-partitatarji huma rrabjati ħafna għal dak li qed jiġri fil-PN, bis-suppost Kap Bernard Grech, jispiċċa litteralemnt immexxi minn imnieħru u mneżża’ minn kull awtorita’ minn Karol Aquilina.
Li ġara din il-ġimgħa fil-Parlament, fejn dik li kellha tkun opportunita’ fejn Bernard Grech u l-Grupp Parlamentari kellhom l-opportunita’ li jirbħu lura l-kontroll tal-PN minn idejn Aquilina, wassal għal rabja minn-naħa tal-partitarji li qed isostni kif minflok għamlu dak li kellhom jagħmlu, spiċċaw ‘biegħu’ lill-PN lill-estremisti li se jkissru lill-partit.