Ikompli l-kaos fi ħdan il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, hekk kif il-Kap de facto Karol Aquilina reġa’ ħareġ jattakka u jirrikatta lil sħabu’ d-Deputati.
F’din il-laqgħa, li saret tlett ijiem ilu, u li ddiskutiet fost affarijiet oħra l-pożizzjoni tal-PN li jkompli jopponi r-riforma mressqa mill-Gvern għall-Liġi dwar l-Inkjesti Maġisterjali, kif ukoll l-obbligu l-ġdid propost għad-dikjarazzjoni tal-assi mid-Deputati kollha, inkluż tal-Oppożizzjoni, hu mifhum li qam argument jaħraq bejn numru ta’ Deputati u Karol Aquilina.
Aquilina hu mifhum li rreaġixxa għall-attitudni ta’ sħabu li mhux qed jagħtuh appoġġ daqs kemm qed jistenna mingħandhom, quddiem il-barraxx ta’ kritika dwar l-imġieba estremista tiegħu, kemm mingħand il-partitarji tiegħu, kif ukoll mill-partit Laburista.
Aquilina hu rrappurtat li beda jgħajjat u nfexx jhedded lil sħabu li jaf minn fosthom għandu “insurance mal-Partit Laburista”.
F’dam il-ħin, hu mifhum li l-eks Kap Adrian Delia kkonfrontah u talbu biex jissostanżja dak li kien qed jgħid.
Aquilina minn-naħa tiegħu kompla jgħolli leħnu u hedded lid-Deputati li “aħjar taraw minn fosthom jaħdem mal-Gvern u ma kmurx għax-xogħol.”
F’dan il-ħin, Aquilina hu rrappurtat li hedded lil sħabu li kien lest li “jikxef l-ipokriti” minn fost il-Grupp Parlamentari u li għandu l-meżżi biex jesponi min huma dawk li f’għajnejh għadhom “insurance mal-Partit Laburista.”
F’dan il-ħin Karol Aquilina hedded ukoll li kien “se jibqa’ għaddej bis-saħħa kollha” bl-aġenda tiegħu, u li kien lest jgħaddi minn fuqhom, b’referenza għal pjan tiegħu li joħroġ lill-PN għad-dimostrazzjoni ta’ Repubblika nhar l-Erbgħa li ġej barra l-Parlament.
Aquilina mbgħad ħares lejn Bernard Grech – li tul il-laqgħa baqa’ sieket – u qallu: “u int ara li tkun hemm u li ssejjaħ lin-nies tattendi!”