Karol Aquilina qed ikun kostrett jgħaġġel il-pjan tiegħu u tal-klikka militanti u estremisti sal-punt li kellu javża lil Simon Busuttil biex jibda jipprepara għar-ritorn tiegħu fid-Dar Ċentrali bħala l-Kap il-ġdid flok Bernard Grech.
Imkejjen viċin il-fazzjoni ta’ Aquilina, spjegawlna li l-affarijiet fid-Dar Ċentrali qed ddeġeneraw tant, li ħa spinta ‘l quddiem il-pjan biex numru ta’ attivisti – leali lejn l-‘old guard’ militanti mmexxija minn Louis Galea – u jibdew imexxu l-kelma għal vot ta’ sfiduċja fil-Kap Bernard Grech.
Dan ifisser li minn għada s-Sibt, Simon Busuttil mistenni jerġa jibda’ jidher u jitkellem fil-pubbliku, biex jinħoloq għarfien dwar il-presenza tiegħu.
L-affarijiet ħadu żvolta għall-agħar mill-ħasda tat-32 Blue Heroes ġodda li l-bieraħ filgħaxija sfidaw lill-estremisti b’vot qawwi kontra l-ħatra ta’ Charles Bonello bħala s-Segretarju Ġenerali l-ġdid.
Dan wassal biex il-fazzjoni ta’ Karol Aquilina bdew jippuntaw is-swaba lejn Bernard Grech bħala l-moħħ wara r-rivolta u qed jakkużawh li ‘ħadimhom’ u umiljahom, billi influwenza l-vot tal-bieraħ.
Is-skieken inħarġu u l-ġlied se jikber, u jikber ferm akbar milli kien meta kien sfiduċjat Adrian Delia.