Ma tieqafx tiskanta kif taħdem l-establishment Nazzjonalista!
Fil-mument li Jason Azzopardi jkompli jgħereq aktar fil-fond bil-Qrati jiddeċiedu li jarmulu l-inkjesti, jagħmel l-appelli u f’nofshom joħroġ u jitlob li jwaqqaf il-proċeduri kontra xi nies li hu stess implika, naraw l-intervent tal-kavallerija li tidħol għall-protezzjoni tiegħu.
Fsadni – viċin ħafna ta’ Louis Galea – hu fost dawk li jitqiesu mill-establishment tal-PN bħala l-intellettwali kontemporanju. Fi ftit kliem iqisuh bħala ‘il-ħassieb’ tagħhom.
Ranier iridha tal-intellettwali, iżda fil-verita’ qed jikxef lilu nnifsu bħala l-estensjoni ta’ id Louis Galea fil-konfoffa kollha li għaddejja fil-PN permezz ta’ Karol Aquilina u anki permezz ta’ Robert Aquilina f’Repubblika.
RITRATT: Ranier Fsadni
F’The Times dalgħodu, Ranier Fsadni ħass li kellu jidħol għas-salvataġġ ta’ Jason Azzopardi, u jqabblu bħala ‘martri’ li qed jiġrilu bħal Daphne Caruana Galizia.
Jirrakkota Fsadni, li l-Labour qed jiddemonizza lil Azzopardi!
Miskin!
Jekk hawn xi ħadd li qed jiddemonizza lil Azzopardi, hu Azzopardi nnifsu.
Il-verita’ li ma jirrakkontax dan l-antropologu tal-Universita ta’ Malta, hu li Jason Azzopardi ħaraq lilu nnifsu bit-teatrini u l-eċċess ta’ protagoniżmu tiegħu stess.
RITRATT: Jason Azzopardi
Wara s-sentenzata’ tal-Qorti li kkundannatu €7,000 f’danni għall-gidba faħxija li ħoloq fuq Carmelo Abela, wara li waqa’ għan-nejk fuq Ryan Spagnol u fuq Silvio Schembri – issa – Jason Azzopardi qed jiffaċċja l-aħħar ostakolu problematiku tiegħu: Dak tal-appell fit-talbiet għal inkjesti kontra l-Ministru Clint Camilleri.
F’The Times, Fsadni kien qed iwassal il-messaġġ sottili lill-Qrati biex iżommu lil Azzopardi ħaj.
Jekk jikkollassaw anki l-appelli kontra Clint Camilleri, Jason Azzopardi se jispiċċa jkun tajjeb biss biex jaħdem bħala l-ħajjat għall-qlieżet mżarrta ta’ Repubblika!