IL-KAŻ VITALS: PUNTI LI JOĦORĠU MIX-XHIEDA TAL-‘ESPERT’ ANDREW ROBERT COLES
- Ir-rapport li fuqu tistriħ l-Inkjesta tal-Maġistrat Gabriella Vella hu ta’ Jeremy Harbinson u l-opinjonijiet, huma biss ta’ Harbinson.
- Coles ma kienx involut fil-ħruġ tal-akkużi kontra Joseph Muscat u nies oħra, u lanqas ma kien involut fit-talba għall-ħruġ ta’ Freezing Orders.
- Cole ma ħariġx bl-ammont ta’ €30 miljun fi Freezing Order ta’ Joseph Muscat u ma jafx min ħareg b’ dan l-ammont.
- Cole assista fi drafts bikrija ta’ xi appendices fl-Inkjesta tal-Maġistrat Vella, izda mhux f’dawk finali.
- Cole iddikjara li ma jafx min għamel ir-rapport finali tal-Inkjesta.
- Cole qal li ffirma li ha sehem fir-rapport tal-Inkjesta, izda ma ħax ġurament tal-ħatra bħala espert maaħtur fl-Inkjesta.
- Skont l-inkjesta, Cole nħatar bħala espert fit-2 ta’ Settembru 2020, izda sostna li daħal b’ala espert f’ Ottubru 2022.
- F’ Jannar 2022, Cole ha sehem fis-search fid-dar ta’ Joseph Muscat għax kien f’Malta fuq xi haga ohra, iżda pprateċipa ‘fuq talba ta’ Sittlington’ – izża inħatar espert f’ Ottubru 2022.
- Jiddikjara li ftit li xejn kellu idea tal-każ dak iz-zmien.
- Is-search kienet qed titmexxa minn Sittlington.
- Sittlington kien qal li kien biss il-contact point mal-Magistrat Vella. Illum, iżda kien ikkonfermat li l-‘barranin’ mesmmija mill-Ispettur tal-Pulizija Maltija li kien fuq il-post f’Burmarrad ifittxu, jirriżulta li kien Sittlingon li qed imexxi.
- F’paġna 2189 tal-Injesta jintqal jghid li nhar it-22 April 2024, Andrew Robert Cole, ‘ħalef fuq il-Bibja quddiem il-Magistrat’; dwar ix-xogħol li għamel.
- Andrrew Robert Cole iddikjara li hu ma ltaqa jew kellu kuntatt mal-Magistrat Gabriella Vella.
- Andrew Robert Cole kien jithallas minn Jeremy Harbinson Forsensics.