Tibqa’ tinsisti, tisfida u ttella’ l-kummenti fuq Facebook kontra l-Ministru Roderick Galdes għax żgubraha mill-post li kellha tal-housing għaliex sabu li biddlitu f’lukanda żgħira b’partitions tal-gypsum u bi kmamar separati biex tkun tista takkomoda kemm setgħet turisti minn fuq dahar il-poplu.
Donatella Falzon m’għandhiex kwiet.
Trid bilfors li jkollha l-aħħar kelma, u tippretendi li għandha għalfejn tgħajjar lin-nies.
Minbarra l-arroganza li biha titkellem, biex turi l-kuluri veri Nazzjonalisti tagħha li rebħula l-premju tal-post mingħand il-housing minn idejn Charles Bonello u Charmaine Gerada fi żmien GonziPN, insiru nafu wkoll li meta ħadet il-post kienet għaddejja minn proċeduri kriminali fuq traffikar ta’ droga u s-sejba ta’ €10,500 fi flus kontanti moħbija f’wall unit.
Falzon kienet spiċċat arrestata u nvestigata fuq sitt kapsuli droga kokaina li ma kienux għall-użu esklussiv tagħha u l-flus misjuba.
Fuq dan, Kienet ikkundannat għal sentenża sospiża ta’ priġunerija.
Fl-istess żmien li kienet qed @tikkwalifika” fi żmien GonziPN għal post tal-housing soċjali fil-Belt ma kenitx tiddejjaq iddur madwar Malta b’karozza lussuża u bin-numberplate personalizzat.
Insomma, Donatella Falzon ma tridx taf.
Dejjem hi għandfha raġun, U l-Ministru Galdes ma kellux jeħdilha ċ-ċwievet tad-dar.
Għiduli x’se tikkummenta kontra l-Kapijiet tad-Dipartimenti tat-taxxa u tal-MTA la tibda tirċievi l-multi u l-kontijiet tal-VAT fuq evażjoni fiskali.