Kumment ta’ persuna ordinarja, li kapaċi tirraġuna u tagħmel punt bl-aktar mod ċar, irnexxielha ġġarraf l-argumenti li qed tagħmel Repubblika kontra l-Możżjoni tal-Gvern li ssejjaħ għat-twaqqif ta’ awtorita’ ta’persuna li ħares fuq il-Ġudikanti, Mħallfin jew Maġistrati fejn jidħol il-komportament u l-kif iwettqu d-dmirijiet tagħhom lejn is-soċjeta/
Republika ħarġet b’saħħa kontra din il-proposta, għaliex bħas-soltu, tiddikjara li din hi mossa biex il-Gvern jikkontrolla l-ġustiżżja, meta filfatt, hi għajta popolari, partikolarment fejn tid]ol il-ħtieġa għal kontroll fuq kif tingħata l-bail fid-diskreżżjoni tal-ġudikant.
Filwaqt li tivqa tirrenja l-presunżjoni tal-innoċenżam l-bail hu importanti, madankollu hemm każi fejn ripetutament persuni jiksru kontinwament il-kundizzjonijiet tal-bail u jibqgħu jerġgħu jingħataw bail.
F’post mtella fuq Facebook, Yanica Barbara Sant qaxxret is-sitwazzjoni, u bla partiġġjaniżmu esprimiet it-tħassib tagħha fuq kif il-bail qed jingħata, u fl-istess ħin ġarrfet ir-raġunar ta’ Repubblika dwar il-ħtieġa ta’ persuna li tissorvelja l-imġieba u l-ħidma tal-Membri tal-Ġudikatura.