Bl-iskop li jqarraq il-PN qabad u kwota ċifri ta’ żgħażagħ barranin li telqu minn pajjiżna, u għoddhom bħala Maltin li ħallew il-pajjiż.
L-impressjonijiet li qed jipprova jagħti l-Partit Nazzjonalista dwar żgħażagħ li qed jitilqu minn Malta mhi xejn għajr gideb sfaċċat minn min ma fadallu xejn x’iwassal għall-preżent u l-ġejjieni tal-pajjiż, ħlief ixerred il-falz
Fact checking u ċifri uffiċjali stess iggidbu dak li qed jgħid il-Partit Nazzjonalista. Anzi għall-kontra ta’ dak li qed tgħid l-Oppożizzjoni, f’pajjiżna iż-żgħażagħ ta’ bejn il-15 u d-29 sena aktar qed jirritornaw milli jħallu pajjiżna.
Fatt ieħor ixejjen u jerġa’ jġib fix-xejn l-argumenti tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista huwa dwar l-emigrazzjoni. Skont l-NSO, fuq medda ta’ għaxar snin, l-għadd ta’ Maltin li emigraw naqas drastikament, tant li jekk fl-2012 kien hemm 2,300 Malti li telqu jgħixu barra, fl-aħħar snin, l-ammont kien mat-tliet darbiet inqas. Bl-iskop li jqarraq, il-Partit Nazzjonalista kwota ċifri ta’ żgħażagħ barranin li telqu minn pajjiżna.
Il-politika tal-fake news u l-gideb ma tħalli l-ebda impatt. L-impatt iseħħ bil-ġid li jitqassam fosthom bl-għotja li qed jerġa’ jagħti l-Gvern biex familji b’żgħażagħ li baqgħu jistudjaw wara l-età obbligatorja qed jirċievu l-ewwel pagament jew it-tieni pagament ta’ €500 fis-sena għal massimu ta’ €1,500 fuq tliet snin. Dan apparti għajnuniet liż-żgħażagħ bħal mhux biss issa l-għotja ta’ €10,000 lill-first-time buyers u l-eżenzjoni mit-taxxa tal-boll iżda issa jekk persuna tinvesti fi proprjetà sostenibbli, tieħu għotja sa €9,000 fuq tliet snin. Li dan kollu jfisser li ż-żgħażagħ xerrejja tal-ewwel proprjetà jistgħu jgawdu f’madwar €30,000 ta’ għotjiet li jgħinuhom isiru sidien ta’ darhom.