Bit-tluq illum ta’ Michael Piccinino, u d-dħul ta’ Charles Bonello fil-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, mil-lejla jitla’ s-siparju għall-bidu ta’ era ġdida ta’ ħdura fil-konfront tal-Labour u tal-Laburisti.
Dan għaliex Charles Bonello tpoġġa fil-kariga, u wasal mhux ikkontestat bis-saħħa tal-fazzjoni militanti u estrema tal-Partit Nazzjonalista li hi mmexxija mid-Deputat Karol Aquilina li ħa l-kontroll totali tal-partit minn idejn il-Kap Bernad Grech.
Bonello – eks segretarju privat ta’ Lawrnce Gonzi f’Kastilja, baqa’ viċin ħafna tal-fazzjoni militanti u estrema tal-PN, tant li ta’ spiss intlemaħ fil-kumpannija ta’ diversi esponenti, fosthom ta’ Karol Aquilina, ħuħ Robert, Simon Busuttil u Jason Azzopardi.
Charles Bonello se jieħu f’idejh l-amministrazzjoni tal-PN fi żmien meta Karol Aquilina qed iżid il-kampanja tiegħu niex jimmobilita’ lill-PN u l-partitarji lejn kampanja ta’ diżubbidjenza ċivili.
Il-pjan ta’ Aquilina – miftiehem ma’ sħabu l-estermisti = hu ċar, li jwassal sal-Elezzjoni Ġenerali b’PN militanti, bil-possibbilta’ anki b’Kap ġdid bħal Simon Busuttil, flok Bernard Grech li nġieb bla saħħa fil-partit.
Bonello iżda jeħtieġ jindiriżża problemi kbar oħra interni fil-partit fosthom miljuni ta’dejn u investigazzjoni kriminali mil-Pulizija fil-konfront ta’ Bernard Grech u tal-operat kollu tal-PN, filwaqt li l-partit qed jiffunżjona b’miljuni kbar ta’dejn u b’erba’ snin mingħajr il-pubblikazzjoni tal-kontijiet finanzjarji tiegħu bi ksur ripetut tal-Liġi dwar il-Finanżjament tal-Partiti.